Herunterladen Inhalt Inhalt Diese Seite drucken

Manutenzjoni; Manutenzjoni Ppjanata Mill-Organizzazzjoni Li Hija Responsabbli Għat-Tħaddim - Philips MRC 600 Gebrauchsanweisung

X-ray tube
Inhaltsverzeichnis

Werbung

Manutenzjoni Ppjanata mill-Organizzazzjoni li hija Responsabbli
għat-Tħaddim

7 Manutenzjoni

Inġiniera tal-qasam tas-servizz teknikament ikkwalifikati biss li rċevew l-istruzzjonijiet u t-taħriġ
ix-xierqa għat-tagħmir f'applikazzjonijiet mediċi u b'mod partikolari għall-manutenzjoni ta' dan
l-assemblaġġ tat-tubu tar-raġġi X huma permessi li jwettqu manutenzjoni ppjanata u korrettiva
fuq dan it-tagħmir. Il-manutenzjoni, inklużi l-kalibrazzjoni u l-ittestjar tal-assemblaġġ tat-tubu
tar-raġġi X għandhom jitwettqu skont l-istruzzjonijiet rispettivi tas-sistema tar-raġġi X użata.
Il-manifattur ta' dan l-assemblaġġ tat-tubu tar-raġġi X jirrakkomanda miżuri għall-manutenzjoni
ppjanata. Il-miżuri rrakkomandati għandhom jaqblu mar-rekwiżiti legali lokali u transreġjonali.
Iż-żmien li mistenni jdum jaħdem l-apparat hu speċifikat fil-Manwali Tekniċi relatati.
Hu neċessarju li matul dan il-perjodu, l-assemblaġġ tat-tubu tar-raġġi X issirlu manutenzjoni.
Irreferi għar-rekwiżiti tal-istruzzjonijiet ta' manutenzjoni u l-istruzzjonijiet ta' manutenzjoni tas-
sistema tar-raġġi X użata.
Manutenzjoni Ppjanata mill-Organizzazzjoni li hija
Responsabbli għat-Tħaddim
L-organizzazzjoni responsabbli mit-tħaddim tat-tagħmir mediku hija impenjata li tagħmel
manutenzjoni ppjanata. Din il-manutenzjoni ppjanata għandha tirreferi għar-regolamenti għall-
prevenzjoni ta' aċċidenti industrijali, liġijiet tal-prodotti mediċi lokali jew transreġjonali, u aktar
regolamenti.
Dan l-assemblaġġ tat-tubu tar-raġġi X jeħtieġ manutenzjoni ppjanata regolari:
Kun żgur li l-persunal tal-manutenzjoni jagħmel manutenzjoni ppjanata fuq dan l-assemblaġġ
tat-tubu tar-raġġi X b'mod regolari.
Miżuri ta' manutenzjoni ppjanati bi prekawzjoni jipprevjenu korriment personali u jiżguraw li l-
organizzazzjoni responsabbli mit-tħaddim tieħu kull impenn possibbli.
Jekk jiżviluppaw difetti funzjonali jew devjazzjonijiet oħrajn mill-imġiba operattiva normali,
issettja s-sistema tar-raġġi X għal MITFIJA. Informa minnufih lill-kumpanija li tqiegħed fis-suq is-
sistema tar-raġġi X li tinkludi dan l-assemblaġġ tat-tubu tar-raġġi X dwar id-difetti jew id-
devjazzjonijiet. Tħaddimx is-sistema tar-raġġi X sakemm ma tissewwa. Tħaddim b'komponenti
difettużi jżid ir-riskji għas-sigurtà.
Ċikli ta' manutenzjoni regolari jnaqqsu l-probabbiltà ta' ħsara spontanja. Ma tistax tipprevjeni
ħsarat spontanji kompletament. Jekk ikun hemm bżonn disponibbiltà garantita tas-sistema tar-
raġġi X, kun żgur li hija disponibbli sistema tar-raġġi X standby żejda.
L-integrità strutturali tal-assemblaġġ tat-tubu tar-raġġi X ma ssofrix tkagħbir bl-użu.
X-Ray Tube AssembliesX-Ray Tube Assemblies
Manutenzjoni
417

Werbung

Inhaltsverzeichnis
loading

Diese Anleitung auch für:

Mrc 800Mrc 880

Inhaltsverzeichnis